Olandiż ta’ 22 sena u li qiegħed btala f’Malta ammetta li għamel ħsara fuq ATM tal-HSBC meta kien xurban f’Paceville.
Fil-Qorti ġie spjegat kif l-Olandiż allegatament għamel ħsara fuq l-ATM għax ma tatux il-flus biex jixtri pakkett sigaretti.
Il-prosekuzzjoni ppreżentat filmati minn kameras tas-sigurtà li allegatament wrew lill-akkużat iwettaq dan ir-reat u saħqet li kkopera magħhom.
Id-difiża qalet li l-istudent Olandiż qed jistenna lill-ġenituri tiegħu biex jiġu Malta u jħallsu l-ħsara li għamel binhom li tammonta għal elfejn u ħames mitt ewro.
L-Olandiż wera kemm hu ddispjaċut li għamel dan ir-reat f’Malta.
Fis-sentenza tagħha l-Qorti tat lill-akkużat 18 xhur ħabs sospiżi għal sentejn u jrid iħallas ftit aktar minn tlettax-il elf ewro.