Il-Port il-Kbir isir palk għal spettaklu – One News

Notifiki

Il-Port il-Kbir isir palk għal spettaklu

Il-Ħadd filgħaxija il-Port il-Kbir ser isir palk għall-spettaklu ta’ qxur tal-baħar, mużika u dwal, waqt it-tielet edizzjoni tal-‘Valletta Pageant of the Seas’.

Dan l-avvniment li baqa’ jsir kull sentejn mill-ewwel edizzjoni fl-elfejn u sittax, joffri spettaklu mill-isbaħ fil-Port meraviljuż, li jingħalaq għal kollox il-Ħadd filgħaxija għal din l-attività.

Il-maniġer tal-Loġistika, Chris Cassar spjega kif wara spettaklu bħal dan hemm xogħol kbir minn ħafna persuni li jibda minn sena qabel.

Cassar stqarr, “Minbarra l-loġistika kollha li għandna fuq l-art, it-technical area, l-projectors, is-sound, imbgħad il-kumplament tas-show ser isir fuq il-baħar, jiġifieri ser naħdmu b’dgħajjes, jottijiet, dgħajjes tradizzjonali u dawn kollha trid tikkordinahom f’port kbir enormi u trid tikkordina kollox ma’ dak li jkun qed jiġri fl-art  bħala teknika.  Biex tibnieh din il-biċċa xogħol hija enormi għax qisek qed tibni sett li ma jispiċċa ħadd.”

Ic-Chairman tal-aġenzija kulturali tal-Belt Valletta, Jason Micallef, stqarr li dan l-ispettaklu huwa parti mill-legat tal-Valletta 2018 li joħroġ l-isbuħija naturali tal-Port il-Kbir.

Micallef sostna, “Qabel il-Valletta 2018, ħloqna wieħed mill-ikbar spettakli kulturali f’pajjiżna li kien il-Valletta Pageant of the Seas bl-ewwel edizzjoni tkun fl-2016 pero ħloqnieħ biex jibqa’.  U tant hu hekk li l-2018 ġiet, għaddiet u illum din hija l-ewwel edizzjoni, sentejn wara l-2018 tal-Valletta Pageant of the Seas.”

L-ispettaklu jibda fis-seba’ u nofs ta’ filgħaxija, u se jkun jista’ jitgawda b’xandira diretta fuq it-televiżjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend