Mil-lum l-Assoċjazzjoni Medika Maltija, il-MAM, issospendiet id-direttivi tagħha għal ġimgħa.
Dan ifisser li l-MAM illum issospendiet kompletament id-direttivi tagħha wara li kienet issospendiet ftit mid-direttivi lura fl-10 t’Awwissu.
Dan ħabbritu l-MAM stess fi stqarrija fejn qalet ukoll li trid iżjed deċiżjonijiet.
Wara l-laqgħa li kellu l-Prim Ministru mal-imsieħba soċjali fi ħdan l-MCESD, l-Assoċjazzjoni tal-Infermiera u l-Qwiebel l-MUMN kienet waqqfet id-direttivi tagħha kollha dakinhar.
Dan għall-kuntlarju tal-MAM li ssospendiet ftit mid-direttivi li imponiet fuq il-membri tagħha filwaqt li kompliet bid-direttivi fid-Dipartiment tal-Outpatients.