Camilleri u Demicoli fil-quċċata tal-kategoriji rispettivi fil-Kampjonati Garmin BSJ Open Water Swimming – One News

Notifiki

Camilleri u Demicoli fil-quċċata tal-kategoriji rispettivi fil-Kampjonati Garmin BSJ Open Water Swimming

It-tielet tellieqa tal-Kampjonat tal-Għawm Open Water Garmin BSJ saret fil-Bajja tas-Salina nhar l-Erbgħa 12 ta’ Awwissu u saret taħt l-awspiċji tal-Aquatic Sports Association of Malta.

Andre Camilleri kien ir-rebbieħ assolut u temm it-tellieqa ta’ żewġ kilometri f’25 min 32 sekonda. Għalkemm ma kienx l-aħjar ħin tiegħu fill-Kampjonat sa’ issa, xorta kellu titjib fuq il-ħin tat-tellieqa preċedenti. Warajħ daħlet Sarah Demicoli, li għadha tiddomina l-kateogrija tan-nisa.
It-tielet barra mill-ilma kien Stefano Debono Grech, sekonda wara Demicoli. Huwa ġie segwit ftit wara minn Bernard Sant. Il-battalja għat-tielet post fil-kategorija femminili kien wieħed b’distakk żgħir, meta Leah Satariano spiċċat żewġ sekondi biss qabel Hannah Cutajar.

Il-Kampjonat fadallu żewġ tlielaq u il-Klassifikazzjoni ġenerali bħalissa tara lil Andre Camilleri u Sarah Demicoli fil-quċċata tal-kategoriji rispettivi tagħhom.

L-aħħar tellieqa ta’żewġ kilometri hija skedata li ssir il-Ħadd 16 ta’ Awwissu fis-730am, waqt li l-aħħar tellieqa tal-Kampjonat – tellieqa fuq medda ta’erba’ kilometri ser issir l-Erbgħa 19 ta ‘Awwissu fil-5pm. Iż-żewġ tlielaq jsiru fil-Bajja tas-Salina.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend