Yorgen Fenech beda strajk tal-ġuħ fil-ħabs – One News

Notifiki

Yorgen Fenech beda strajk tal-ġuħ fil-ħabs

In-negozjant Yorgen Fenech, is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia beda strajk tal-ġuħ fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Sorsi qalulna li dan seħħ wara li Fenech ma riedx li fid-dormitorju li jgħix fih fil-ħabs, jorqdu miegħu rġiel ta’ karnaġjon skur.

Sorsi qaluna li f’dan id-dormitorju jgħixu sitt priġunieri u wieħed minnhom huwa Yorgen Fenech.
Kien il-Ħamis li Fenech ġie infurmat li fid-dormitorju miegħu se jibdew jgħixu żewġt irġiel barranin.

Dan seħħ wara li ġie mill-Qorti hekk kif kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni fil-każ mixli bih.

Fi stqarrija, l-aġenzija għas-servizzi korrettivi qalet li hemm tliet priġunieri Maltin li bdew strajk tal-ġuħ.

Ġie spjegat li r-raġuni speċifika li ngħatat minn dawn il-priġunieri lill-uffiċjali tal-ħabs kienet dik li ma ridux priġunieri ġodda, li nzertaw barranin, fl-istess diviżjoni tagħhom.

L-aġenzija qalet li l-istrajk beda l-Ħamis tard waranofsinhar u s-saħħa ta’ dawn il-priġunieri qed tkun segwita mit-tobba tal-faċilità.

Qalet li s-sistema ta’ privileġġi li għandhom il-priġunieri f’din id-diviżjoni huma l-istess li għandhom il-priġunieri kollha.

Ġie rimarkat li l-istess privileġġi jingħataw jew jittieħdu skont l-imġiba u l-azzjonijiet tal-priġunieri fl-interess tad-dixxiplina fil-ħabs.

Intant fi stqarrija, il-familja ta’ Yorgen Fenech ikkonfermat li Fenech qiegħed fuq strajk tal-ġuħ iżda mhux għal xi persuna ta’ kulur differenti jew razza.

Il-familja Fenech gergret li Yorgen Fenech qed jinżamm f’diviżjoni fejn il-kundizzjonijiet huma ħżiena, anki f’din is-sħana.

Qalet li kull ġimgħa, Yorgen Fenech għandu ċ-ċans biss ta’ bejn kwarta u nofs siegħa, biex jara lill-uliedu u lill-familtu.

Intqal kif mingħajr raġuni, dan l-aċċess inqata’ mill-Ġimgħa filgħodu.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Ahjar jaqta’ s-sigaretti u r-razzizmu li ghandu milli l-ikel. Bhal dak li qallu jekk imut bil-guh, xi hadd se jiddispjacieh!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend