Jitressqu l-Qorti akkużati b’serqa vjolenti – One News

Notifiki

Jitressqu l-Qorti akkużati b’serqa vjolenti

Mohamed Tajeb Adam ta’ 23 sena u Mahmud Isara ta’ 19-il sena, it-tnejn mis-Sudan, inżammu arrestati wara tressqu l-Qorti mixlija b’serq fuq persuni barranin oħra fil-Marsa.

Jirriżulta li l-pulizija kienu qed jagħmlu ronda u semgħu xi għajjat fl-inħawi ta’ Triq Derby.

Il-pulizija marru fit-triq u hemm hekk ġew avviċinati minn raġel mill-Mali ta’ tmienja u għoxrin sena li qalilhom li kien għadu kif ġie misruq minn żewġ persuni.

Fl-istess ħin il-Pulizija ġew avviċinati wkoll minn Eritrean ta’ tlieta u għoxrin sena li qalilhom li ġie aggredit minn żewġ persuni b’arma li taqta’ u bil-ponta u serquh.

Il-pulizija qalet li minn tfittxija li saret fuq iż-żewġ imputati, li ċaħdu l-akkużi, instabu ċwievet, lighters, żewġ mobiles u ammont flus kontanti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *