Jinqabad b’aktar minn €75,000 li ma kinux iddikjarati – One News

Notifiki

Jinqabad b’aktar minn €75,000 li ma kinux iddikjarati

Passiġġier li wasal Malta minn Bucharest qed jinżamm mill-Pulizija għal aktar investigazzjoni wara li nqabad li kien qed iġorr €75,600 fi fus kontanti u li ma kinux iddikjarati.

Meta kien mistoqsi, ir-raġel qal li hu ma kienx qed iġorr flus kontanti miegħi. Iżda l-uffiċjali mid-Dipartiment ta’ Kontra l-Ħasil ta’ Flus fi ħdan id-Dwana, ma kinux konvinti u għamlu tfittxija fil-bagalja tiegħu fejn instabu aktar minn €75,600 fi flus kontanti.

Skont il-liġi min ikun ħa jivvjaġġa minn u lejn Malta u jkun ħa jġorr aktar minn €10,000 fi flus kontanti jew ċekk għandu jinforma lid-Dwana.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend