Jinħatru 50 surġent tal-Pulizija – One News

Notifiki

Jinħatru 50 surġent tal-Pulizija

Illum waranofsinhar, 50 kuntistabbli tal-Pulizija ġew promossi fil-kariga ta’ surġent, f’ċerimonja li saret fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Floriana.

Preżenti għaċ-ċerimonja kienet kien hem il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, Dr Byron Camilleri u mill-Kummissarju tal-Pulizija, is-Sur Angelo Gafà.

B’kollox inħatru 34 raġel u 16-il mara bħala surġenti tal-Pulizija.

Il-Ministru Byron Camilleri qal lis-surġenti l-ġodda li meta daħlu fil-Korp tal-Pulizija ħadu ġurament sabiex ikunu ta’ servizz lejn il-pajjiż u llum, b’din il-ħatra, se jibdew ħidma ġdida fi żmien eċitatanti għall-Korp tal-Pulizija.

Min-naħa tiegħu l-Kummissarju tal-Pulizija, is-Sur Angelo Gafà, qal li huwa kburi li llum, terz ta’ dawk li ngħataw il-ħatra huma nisa. Qal li dan juri li l-Korp għandu fih uffiċjali li mhux jidħlu fil-Korp għall-paga, iżda biex jikbru fil-karriera tagħhom.

Huwa sostna li issa huwa l-mument tal-prova li dak li tgħallmu fil-kors jimplimentawh, li jkunu mexxejja li kapaċi jgħaqqdu tim ta’ nies, jimmotivaw lin-nies u li għandhom viżjoni.

Il-Ministru Byron Camilleri u l-Kummissarju Angelo Gafà awguraw lis-surġenti u rringrazzjawhom tal-kontribut li qed jagħtu lill-pajjiż bħala membri tal-Korp tal-Pulizija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend