Jgħid lil Grech li hu negattiv u li dan ġej mill-konsulenti ta’ qabel l-2013 – One News

Notifiki

Jgħid lil Grech li hu negattiv u li dan ġej mill-konsulenti ta’ qabel l-2013

B’reazzjoni għall-intervista ta’ Bernard Grech fuq it-Times, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qal li hija stramba li Bernard Grech beda l-kampanja tiegħu fuq nota negattiva.

Delia fetħilha kontra Grech u qal li jista’ jkun li dan ġej mill-konsulenti tiegħu ta’ qabel l-elfejn u tlettax, b’referenza ċara għal Lawrence Gonzi u Louis Galea, li issa huwa magħruf li t-tnejn li huma qed ifasslu u huma l-imħuħ wara l-kampanja ta’ Grech.

Lil Grech, Delia għaddielu messaġġ fuq l-għaqda fil-Partit Nazzjonalista u qal li sfortunatament dan ma jgħoddx għal min għażel lil Grech biex jitneħħa Kap elett demokratikament.

B’referenza għall-fazzjoni ta’ Simon Busuttil u b’botta għal Grech bħala ż-żiemel tal-istess fazzjoni, Delia qal li din il-fazzjoni ma tikkontrollahx.

Fuq il-profil tiegħu fuq facebook, Delia qal lil Bernard Grech li biex tgħaxxaq Grech qed jaħseb jekk hu għadx għandu l-partit għal qalbu.

“Hija ftit aktar minn hekk, tajt kollox lil dan il-partit”, saħaq Delia li deher diżappuntat b’dak li qal fuqu Bernard Grech fl-intervista mat-Times.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend