Iġarrab ġrieħi gravi wara li kien involut b’inċident tat-traffiku bil-mutur f’Santa Venera – One News

Notifiki

Iġarrab ġrieħi gravi wara li kien involut b’inċident tat-traffiku bil-mutur f’Santa Venera

Raġel ta’ 44 sena mill-Kalkara ġarrab ġrieħi gravi wara li ħabat bil-mutur tal-għamla Suzuki li kien qed isuq ma’ karozza tat-tip Dacia Duster li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 52 minn Pembroke.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:15 ta’ waranofsinhar fi Triq il-Kappillan Mifsud, f’Santa Venera.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend