Ftehim ta’ paċi storiku bejn l-Iżrael u l-Emirati Għarab Magħquda – One News

Notifiki

Ftehim ta’ paċi storiku bejn l-Iżrael u l-Emirati Għarab Magħquda

L-Iżrael u l-Emirati Għarab Magħquda laħqu ftehim storiku dwar ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi, bl-Iżrael jaqbel li jissospendi l-pjanijiet li qajmu kontroversja dwar it-teħid ta’ partijiet mix-Xatt tal-Punent.

Dan il-ftehim ħasad lill-mexxejja Palestinjani, tant li kelliem għall-President Palestinjan, Mahmoud Abbas, iddiskriva dan il-ftehim bħala tradiment, tant li l-ambaxxatur Palestinjan għall-Emirati Għarab Magħquda ntalab jirritorna l-Palestina.

Intant, il-President Amerikan Donald Trump – li kien ukoll medjatur għal dan il-ftehim – sejjaħ dak li ġara bejn l-Iżreal u l- Emirati Għarab Magħquda bħala mument storiku u avvanz lejn il-paċi. Dan huwa t-tielet ftehim ta’ paċi bejn l-Iżreal u pajjiżi Għarab minn mindu ħadet l-indipendenza fl-1948.

Trump sostna illi issa jittama li aktar pajjiżi Għarab u Musulmani jimxu fuq il-passi tal-Emirati Għarab Magħquda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend