Fil-periklu tal-mewt wara li tilfet il-kontroll tal-karozza u baqgħet dieħla ġo siġra – One News

Notifiki

Fil-periklu tal-mewt wara li tilfet il-kontroll tal-karozza u baqgħet dieħla ġo siġra

Mara ta’ ħamsa u sittin sena minn Għajnsielem tinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilfet il-kontroll tal-karozza tal-għamla Toyota Passo li kienet qiegħda ssuq b’konsegwenza li baqgħet dieħla ġo siġra.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sebgħa u nofs tal-Ġimgħa filgħodu fi Triq l-Imdawra fin-Naxxar.

Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu lill-mara, kif ukoll tim mediku li ħa lill-mara l-isptar Mater Dei għal aktar kura.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Gabriella Vella li fetħet inkjesta dwar dan il-każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend