Anqas tniġġis ifisser aktar bejtiet tal-fkieren – One News

Notifiki

Anqas tniġġis ifisser aktar bejtiet tal-fkieren

Bħalissa fuq il-bajjiet tagħna erba’ bejtiet ta’ fkieren qed jitħarsu minn numru ta’ voluntiera biex fil-ġimgħat li ġejjin ifaqqsu u jirritornaw fil-baħar.

Fi kliem il-President ta’ Nature Trust, Vincent Attard, dan huwa numru rekord u wieħed mill-vantaġġi li ġabet magħha l-pandemija Covid-19, hekk kif minħabba n-nuqqas ta’ attività f’wiċċ il-baħar, naqas it-tniġġis.

Raġuni minnhom hija li “kellna inqas dgħajjes fil-baħar fil-bidu tas-sajf minħabba l-Covid, allura kellna anqas ħoss fil-baħar, u dan atratta anke dniefel ma’ Malta. Għandna ħafna fkieren fin-naħa tal-Majjistral ta’ Malta li qed jiġu rrekordjati. Fattur ieħor li jista’ jkun qed jikkontribwixxi hu li l-fkieren tilfu l-postijiet fejn kienu qed ibejtu. Jiġifieri jekk kien hemm bajja t-Tuneżija li fuqha nbnew xi lukandi u tilfu s-sit tagħhom u jista’ jkun qed ifittxu post ieħor.”

Maż-żewġ bejtiet fil-bajja tal-Għadira fil-Mellieħa stajna ninnutaw numru ta’ voluntiera li taw ħinhom għall-ħarsien tal-bejtiet. Attard spjega li parti sostanzjali ta’ dawn huma barranin li ġew Malta apposta għal dan l-għan.

Attard sostna kif “fl-2018 ma kellniex il-problema tal-Covid, kellna persuni barranin li ġew Malta biex jagħmlu l-volontarjatu u din is-sena mhux eċċezzjoni, imma mhux daqs snin ta’ qabel. Jiġu btala hawnhekk u jagħżlu li joqogħdu mal-bejta. Ma ninsewx ukoll li pajjiżi bħall-Greċja qed joħolqu attrazzjoni turistika minnha din”.

Spjega wkoll kif bħalissa għaddejjin bosta proġetti ta’ riċerka biex fost l-oħrajn isir magħruf hemmx relazzjoni bejn bejta u oħra, kif ukoll biex ikum stabbilit minn liem parti tal-baħar Mediterran qed jiġu dawn il-fkieren.

Il-President ta’ Nature Trust temm jispjega li l-ħsieb hu li sal-bidu ta’ Ottubru, kull bejta tkun tbattlet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend