Fi stqarrija mill-Uffiċju tal-President ta’ Malta, tħabbar li fuq direttivi maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, l-edizzjoni ta’ Rockestra ta’ din is-sena mhux se ssir.
L-istqarrija qalet li din id-deċiżjoni ttieħdet wara diskussjonijiet dwar wieħed mill-akbar avvenimenti li jsiru ta’ kull sena bil-għan li jinġabru fondi (MCCFF) għal dawk l-aktar fil-bżonn.
Rockestra hija waħda minn dawn l-avvenimenti.
L-Uffiċċju tal-President ħeġġeġ lil kulħadd iżomm mad-direttivi u l-pariri maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa u ħeġġeġ lill-pubbliku sabiex xorta waħda jagħti l-għajnuna lill-MCCFF, għaliex it-talbiet għall-għajnuna mill-MCCFF jibqgħu deħlin kuljum.