Il-protesti fil-Belarus issuktaw, din id-darba minn grupp ta’ nisa li ffurmaw katina.
Il-protesti fil-kapitali Minsk u fi bliet oħra komplew wara l-elezzjoni Presidenzjali li fiha ġie dikjarat Alexander Lukashenko rebbieħ għal darb’oħra.
Huwa ilu jmexxi l-pajjiż għal aktar minn kwart ta’ seklu.
Intant żagħżugħ ta’ ħamsa u għoxrin sena miet f’idejn il-pulizija.
Il-mexxej tal-Oppożizzjoni li kkontestat l-elezzjoni u ftit wara telqet lejn il-Litwanja qalet li kull ħajja hija mprezzabbli.
Svetlana Tikhanovskaya qalet li kienet kostretta tħalli kollox, inkluż lil żewġha li jinsab il-ħabs, għaliex beżgħet għal uliedha.