Fi stqarrija l-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni qal li t-teleworking fis-Servizz Pubbliku qatt ma tneħħa jew twaqqaf. Dan b’referenza għal dak li ntqal mill-UĦM dwar it-teleworking kif irrappurtat minn diversi mezzi tal-midja.
L-istqarrija qalet li s-Servizz Pubbliku dejjem kien minn ta’ quddiem fejn jidħol il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja personali. Is-Segretarju Permanenti fakkar ukoll li beda x-xogħol biex minn telework is-Servizz Pubbliku jmur għar-remote working.
Dwar il-punti l-oħra li tqanqlu fl-ittra tal-UĦM, l-istruzzjonijiet dejjem kienu ċari u msejsa fuq il-linji gwida li jinħarġu mid-Dipartiment tas-Saħħa.