Inawgurati sitt Cat Shelters f’Għajnsielem – One News

Notifiki

Inawgurati sitt Cat Shelters f’Għajnsielem

F’Għajnsielem ġew inawgurati sitt Cat Shelters.

Dan il-proġett, li jiswa kważi sitt t’elef u tliet mitt ewro b’ħamest elef ewro u ħames t’elef minnhom ingħataw taħt skema tal-Kunsilli Lokali.

Dan il-proġett għandu l-għan li jgħin aktar lil dawk li jieħdu ħsieb l-annimali.

Il-proġett ta’ cat café huwa immirat sabiex iservi bħala proġett pilota u eventwalment jikber u jiġi mifrux fuq lokalitajiet oħra madwar Malta u Għawdex.

Għal din l-inawgurazzjoni kien hemm il-Ministru għad-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo li nnota kif l-iskema tal-Kunsilli Lokali għandha l-għan li tassisti l-prattiċi tajbin ta’ ħarsien tal-annimali.

Il-Ministru Refalo appella sabiex il-kunsilli lokali Maltin u Għawdxin jidħlu u jgawdu minn dan il-proġett.

Qal li l-annimali jixirilqhom faċilitajiet tajbin, “Inħeġġeġ jien lill-kunsilli lokali kollha, kemm ta’ Malta u kif ukoll ta’ Għawdex sabiex jibbenefikaw minn skemi illi minn żmien għal żmien aħna bħala Ministeru noħorġu għall-ħarsien tal-annimali tagħna”

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *