Fis-sigħat li għaddew il-Parlament Lebaniż ikkonferma stat ta’ emerġenza fil-pajjiż.
Dan fid-dawl tal-isplużjoni li heżżet il-kapitali Lebaniża, Bejrut fl-4 t’Awwissu li għadda fejn ħalliet minn tal-inqas 200 persuna mejta filwaqt li 5,000 oħra midruba.Fil-jiem li għaddew il-Gvern Lebaniż irreżenja fost ir-rabja tal-pubbliku wara din l-isplużjoni devastanti.
Intant l-Għaqda Dinja tas-Saħħa assessjat madwar 55 faċilità tas-saħħa fil-belt u sabet li nofshom ma jiffunzjonawx. Filwaqt li t-tliet sptarijiet prinċipali kellhom jgħalqu l-bibien u tlieta oħra kellhom inaqsu l-ammont ta’ nies li jidħlu fih.