Hekk kif bdiet il-kumpilazzjoni, il-Maġistrat Rachel Montebello qalet li tinsab irrabjata li ħarġu r-recordings ta’ Melvin Theuma u kkundannat l-mod ta’ kif dawn spiċċaw ippublikati fuq il-midja nhar il-Ħadd li għadda.
Il-Maġistrat Montebello talbet lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex jinvestiga minn fejn ħarġu dawn ir-recordings u jittieħdu proċeduri kriminali kontra min ħariġhom.
Hija talbet ukoll lir-reġistratur tal-Qorti sabiex jittieħdu passi kontra ċerti kmamar tal-aħbarijiet li għażlu li jippublikaw dawn ir-recordings ta’ waħda mill-konverżazzjonijiet li kellu Melvin Theuma.
https://www.one.com.mt/2020/08/13/illum-tkompli-l-kumpilazzjoni-ta-yorgen-fenech-1/