Milħuq ftehim mal-kontrolluri tal-ajru – One News

Notifiki

Milħuq ftehim mal-kontrolluri tal-ajru

Intlaħaq ftehim bejn is-servizzi għat-traffiku tal-ajru u l-assoċjazzjoni għall-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru.

Dan wara li fl-aħħar ġimgħat kien hemm diżgwid minħabba l-isfidi kbar li ġabet il-pandemija fuq l-industrija tal-avjazzjoni.

Permezz ta’ dan il-ftehim, il-membri tal-assoċjazzjoni ser ikunu qed igawdu mill-istess kundizzjonijiet tax-xogħol li kellhom qabel bdiet il-pandemija. Dawn il-kundizzjonijiet qegħdin fi ftehim kollettiv li se jiskadi fl-aħħar ta’ din is-sena u se jkunu estiżi għal sentejn oħra.

Fi stqarrijia maħruġa mill-Ministeru għat-Trasport intqal li b’dan il-mod il-kumpanija se jkollha stabilità tant meħtieġa fi żminijiet meta t-traffiku tal-ajru qiegħed jiżdied bil-mod il-mod.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *