Jinżamm arrestat b’rabta ma’ pussess ta’ droga – One News

Notifiki

Jinżamm arrestat b’rabta ma’ pussess ta’ droga

Raġel ta’ 48 sena miż-Żebbuġ, Għawdex inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti t’Għawdex mixli b’pussess ta’ droga.

Ir-raġel ġie arrestat fil-jum tat-Tlieta wara jiem ta’ osservazzjoni mill-pulizija. Huwa ġie arrestat malli niżel minn fuq il-vapur t’Għawdex fil-Port tal-Imġarr.

Minn tfittxija li saret fil-vettura tiegħu, il-Pulizija sabu ammont konsiderevoli ta’ sustanza suspettuża kokaina u ħaxixa tal-kannabis. Saret ukoll tfittxija fid-dar tiegħu, fejn instabet iktar droga.

Huwa ġie mixli wkoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Justine Grech.

 

Ritratti: Taqsima Relazzjonijiet mal-Komunità u l-Istampa, Korp tal-Pulizija (CMRU)

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *