Fil-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ tnieda l-ktieb bl-isem ta’ Youth in time of Covid19 – Creative Pursuits of Young People in Gozo, ippubblikat minn Aġenzija Żgħażagħ.
Dan il-ktieb qed jagħti ħarsa lejn it-talenti, il-ħiliet u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ Għawdxin waqt il-pandemija. Tul dan il-proġett, ħadu sehem 68 żagħżugħ u żagħżugħa.
Waqt it-tnedija ta’ dan il-ktieb, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleti qal li huwa ta’ sodisfazzjon għalih li jaraw lill-Aġenzija Żgħażagħ f’Għawdex li għamlet din l-inizjattiva tul il-pandemija. Qal li minkejja dan kien żmien diffiċli, dawn iż-żgħażagħ ħarġu affarijiet pożittivi.
Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ Clifton Grima qal kif f’dan il-jum għandna dmir li naħdmu sabiex dawk iż-żgħażagħ li għandhom bżonn aktar għajnuna sabiex ikunu jistgħu jegħlbu l-ostakli tagħhom fil-ħajja, isibu r-rwol tagħhom fis-soċjetà.