BIL-FILMAT: 90% tal-vouchers tal-€100 waslu għand il-familji – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: 90% tal-vouchers tal-€100 waslu għand il-familji

Sa issa 90% fil-mija tal-vouchers tal-mitt ewro li qed jintefqu fil-ħwienet waslu għand in-nies u r-rispons huwa wieħed pożittiv.

Żvela dan il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri hekk kif kien qed iwieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti wara konferenza tal-aħbarijiet.

L-għoti tal-vouchers lil kull persuna minn sittax-il sena ‘l fuq kienet miżura li ħabbar il-Gvern bħala parti mill-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika ta’ disa’ mitt miljun ewro bil-għan li jistimula l-ekonomija u jkompli jgħin lin-negozji.

Silvio Schembri spjega li l-10% tal-vouchers li għadhom ma waslux għand in-nies huma primarjament ta’ barranin li jkunu biddlu r-residenzi tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend