12-il stabbiliment immultati wara li kissru l-protokolli tal-Covid-19 – One News

Notifiki

12-il stabbiliment immultati wara li kissru l-protokolli tal-Covid-19

Ir-ritratt huwa meħud mill-arkivji (l-istabbiliment li qed jidher fir-ritratt mhuwiex wieħed minn dawk immultati).

 

Fl-aħħar jiem 12-il stabbiliment ġew imħarrka wara li kissru protokolli hekk kif maħruġa mis-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika.

Huma ġew immultati sa massimu ta’ €3,000 kull wieħed.

Reċentament, uffiċjali tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu wettqu 500 spezzjoni f’diversi stabbilimenti u anki f’postijiet fejn jiġu organizzati t-tiġijiet.

Dwar dan ONE News tkellem mal-Kap Eżekuttiv tal MTA Johann Buttigieg.

Huwa spjega: “Ovvjament sibna li dawn ma kinux qed jimxu mal-kundizzjonijiet tal-liċenzja rispettiva. Avżajna wkoll lill-operaturi li f’każ li jkun hemm breach oħrajn tal-istess kundizzjonijiet issa minn multa ħa titla’ attwalment għal sospensoni tal-liċenzja.”

L-uffiċjali tal-MTA wettqu diversi spezzjonijiet għall-għarrieda anki waqt attivitajiet kulturali u attività sportiva.

Buttigieg spjega wkoll li l-ispezzjonijiet mhux isiru minn uffiċjali tal-MTA biss.

Huwa sostna: “Fil-fatt bħalissa l-ispezzjonijiet li qed nagħmlu huma qed ikunu kkordinati minn tlieta. Aħna bħala MTA, għandek is-sanità li qed jgħinuna f’dawn l-ispezzjonijiet u l-Pulizija f’każ li jkun hemm bżonn għall-buon ordni.”

Intant il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli semmiet diskussjonijiet importanti li qed isiru dwar possibiltà li jsir ittestjar għall-virus fl-ajruport stess, għall-passiġġieri li jiġu minn postijiet partikolari.

Hawnhekk sostniet l-importanza ta’ dawn il-miżuri ta’ prekawzjoni li jserħu moħħ kull min jinsab f’pajjiżna fosthom ir-rata qawwija ta’ testijiet għall-Covid-19.

Il-Ministru Farrugia Portelli qalet: “Il-fatt li l-figuri jkunu għoljin mhux xi ħaġa li wieħed jinkwieta fuqha anzi aħjar għaliex aktar ma ssib aktar tista’ tagħmel iżolamenti u dan tagħti serħan il-moħħ mhux biss il-barranin iżda anke l-Maltin li jgħixu hawnhekk. Qed inħarsu lejn sitwazzjoni fejn aħna flimkien mad-Deputat Prim Ministru se naraw minn liema pajjiżi se nibdew nintroduċu possibilment testing fl-ajruport.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend