Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jintuża għaliex irriżulta li l-migrazzjoni ta’ Primary Aromatic Amines hija iktar mil-livelli aċċettabbli.
Mill-informazzjoni li rċieva d-Direttorat, dan il-prodott inxtara minn klijenti Maltin permezz tal-internet.
Primary Aromatic Amines (PAAs) huma kimiċi li jistgħu jemigraw minn oġġetti li jintużaw f’kuntatt mal-ikel, bħal għodda tal-kċina u materjal li jintuża għall-ippakkjar tal-ikel. Dawn jiffurmaw waqt proċessi li jirrikjedu temperaturi għoljin u jistgħu jkunu karċinoġeni għall-bniedem, jekk ikunu f’ammonti elevati.
Jekk armejt il-kartuna bid-dettalji, tista’ tagħraf il-prodott mis-sinjal li jinsab fuq wara tal-imgħarfa. Fis-sinjal it-tond, il-vleġġa tħares lejn in-numru 12 u għandek issib in-numri 1 u 9 fuq kull naħa tal-vleġġa.
Deskrizzjoni tal-prodott:
| Mgħarfa kbira magħmula minn materjal tan-nylon ta’ kulur iswed, bit-tarf tas-silikon ta’ kulur oranġjo |
Dittà: | FISKAS Functional FormTM Spoon |
Kodiċi tal-prodott: | 1027299 |
Lott: | 191223 |
Oriġini: | Ċina |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.