Trump jinħareġ ‘il barra wara li ġew sparati tiri biswit il-White House – One News

Notifiki

Trump jinħareġ ‘il barra wara li ġew sparati tiri biswit il-White House

Il-President Amerikan Donald Trump qal li seħħet sparatura biswit il-White House, wara li nħareġ minn konferenza tal-aħbarijiet minn aġent tas-Servizzi Sigrieta.

Lill-ġurnalisti, Trump qalilhom li l-inċident kien taħt kontroll.

Uffiċjal tas-Sigurtà deher tiela fuq il-palk u jgħid xi ħaġa lil Trump f’widnejh, waqt li dan tal-aħħar kien qed iwieġeb lill-ġurnalisti wara konferenza tal-aħbarijiet.

Il-White House tpoġġiet taħt lockdown waqt l-inċident.

Meta rritorna fuq il-palk madwar disa’ minuti wara, Trump qal li l-ewwel rapporti juru li membri mis-Servizzi tas-Sigurtà Amerikani sparaw lejn suspettat li jidher li kien armat.

Qal li raġel ittieħed l-isptar wara l-inċident. L-identità u l-kundizzjoni tiegħu għadhom mhux magħrufa.

Il-President Trump qal li ma jafx jekk is-suspettat kellux lilu fil-mira tiegħu, jew jekk il-każ kellux x’jaqsam miegħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

  1. Min hemm ghad jghaddi dan il-pulcinell. L-aktar jekk jipprova jhassar l-elezzjoni jew ma jaccettax ir-rizultat.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *