Tliet snin u nofs ħabs għal raġel li darab ħafif żewġ tfajliet u kkommetta atti sesswali mingħajr kunsens – One News

Notifiki

Tliet snin u nofs ħabs għal raġel li darab ħafif żewġ tfajliet u kkommetta atti sesswali mingħajr kunsens

Abdiqani Omar Abdillahi ta’ tletin sena li m’għandux indirizz fiss wieġeb ħati wara li ttella’ l-Qorti akkużat li fl-24 ta’ Lulju għall-ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu f’Marsalforn f’Għawdex, ikkommetta atti sesswali mingħajr il-kunsens tal-parti l-oħra.

Dan filwaqt li kien mixli wkoll li kkommetta reati li joffendi l-morali f’post pubbliku, li ssuġġetta lil tfajla għal imġieba b’konnotazzjonijiet sesswali u talli kkawża ġrieħi ta’ natura ħafifa fuq żewġ tfajliet.

Hu kien akkużat ukoll li għamel atti oxxeni waqt li kien xurban, talli kiser il-paċi pubblika, talli espona lilu nnifsu f’post pubbliku u talli jgħix ħajja għażżiena.

Il-Maġistrat Joe Mifsud ikkundannah għal tliet snin u nofs priġunerija filwaqt li ordna lill-ħati biex ma jiffasstidjax liż-żewġ tfajliet inkella jeħel multa ta’ elf ewro.

Il-Qorti ordnat ukoll ordni ta’ trattament ta’ tliet snin għall-vizzju tax-xorb.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend