Raġel isofri ġrieħi gravi waqt argument f’Għawdex – One News

Notifiki

Raġel isofri ġrieħi gravi waqt argument f’Għawdex

Libjan ta’ 28 sena mill-Marsa ttieħed l-isptar Ġenerali t’Għawdex wara argument li seħħ fiż-Żebbuġ.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4 ta’ filgħodu fi Triq il-Port.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħ argument bejn diversi persuni li f’waqtu r-raġel ta’ 28 sena sofra xi ġrieħi u ttieħed l-isptar.

Aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend