Il-Ministru Evarist Bartolo f’diskussjonijiet mal-Ministru tal-Marokk dwar is-sitwazzjoni fil-Libja – One News

Notifiki

Il-Ministru Evarist Bartolo f’diskussjonijiet mal-Ministru tal-Marokk dwar is-sitwazzjoni fil-Libja

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo tkellem dwar r-rabtiet politiċi u kummerċjali mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Marokk Nasser Bourita f’telefonata.

Fit-telefonata huma ddiskutew is-sitwazzjoni kurrenti fil-Libja u tkellmu dwar l-impenn tagħhom favur il-paċi u l-għaqda għall-ġid tal-Libjani. Huma sostnew li l-gwerra hija aktar faċli mit-triq tal-ftehim iżda sabiex il-Libja terġa tieħu r-ruħ u tiżviluppa mill-ġdid għandha bżonn kemm il-ftehim kif ukoll il-paċi.

Huma stqarru li minkejja li Malta u l-Marokk mhumiex involuti fil-ġlied, jixtiequ jagħtu sehemhom għall-ftehim u l-progress fil-Libja.

Il-Ministru tkellmu wkoll dwar il-Lvant fil-Mediterran u t-tensjoni li teżisti bejn it-Turkija, il-Greċja, Ċipru u l-Eġittu, u awguraw li jsibu mod kif jinnegozjaw ftehim għall-ġid ta’ kulħadd.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend