Il-Mexxej tal-Oppożizzjoni tal-Belarus titlaq lejn il-Litwanja fl-isfond tal-protesti kontra Lukashenko – One News

Notifiki

Il-Mexxej tal-Oppożizzjoni tal-Belarus titlaq lejn il-Litwanja fl-isfond tal-protesti kontra Lukashenko

Il-Mexxej tal-Oppożizzjoni tal-Belarus, Svetlana Tikhanovskaya, telqet mill-pajjiż u tinsab sigura fil-Litwanja.

Dan ikkonfermah il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Litwanja, wara li Tikhanovskaya kienet kostretta titlaq minn pajjiżha wara t-tieni jum konsekuttiv ta’ protesti kbar fil-pajjiż.

Il-protesti bdew wara li l-Ħadd sar magħruf li l-President Lukashenko kien mistenni jirbaħ l-elezzjoni Presidenzjali.

Lukashenko, li ilu fil-poter mill-1994, iddeskriva l-partitarji tal-Oppożizzjoni bħala ngħaġ ikkontrollati.

It-Tnejn filgħaxija, il-Pulizija fil-kapitali Minsk sparaw balal tal-lastiku biex iwaqqfu l-protesti, fejn seħħet l-ewwel fatalità mindu bdew id-dimostrazzjonijiet wara li sploda splussiv.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend