Il-BirdLife tiġbor għasfur rari ferut b’tiri f’Għawdex

Il-BirdLife Malta ġabret għasfur rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex.

L-għasfur instab minn familja li kienet fuq btala f’Għawdex u li ċemplet lil BirdLife Malta biex tirkupra l-għasfur.

Il-Bies li darba kien speċi komuni li tbejjet fuq l-irdumijiet madwar il-kosta, sar estint fit-tmeninijiet riżultat tal-kaċċa bl-addoċċ u bil-mod il-mod fl-aħħar snin reġa’ beda jirkupra b’numru żgħir

Il-Kap Eżekuttiv ta’ BirdLife Malta Mark Sultana kompla: “Waqt li BirdLife Malta qed tħejji biex tniedi kampanja nazzjonali pożittiva biex tħeġġeġ lill-pubbliku jgawdi, jieħu ħsieb u jħares l-għasafar tul il-passa tal-ħarifa, sfortunatament dan l-inċident ikrah itappan il-bidu ta’ din il-kampanja.

BirdLife Malta tappella lill-pubbliku biex isegwi l-kampanja #onthemove li se nkunu qed iniedu għal aktar informazzjoni dwar kif wieħed jista’ jgawdi, jieħu ħsieb u jħares l-għasafar huma u jpassu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend