Id-Dar tal-Providenza tingħata għotja ta’ aktar minn €560,000 – One News

Notifiki

Id-Dar tal-Providenza tingħata għotja ta’ aktar minn €560,000

Id-Dar tal-Providenza se tgawdi minn għotja ta’ aktar minn ħames mija u sittin elf ewro li hija parti mil-Iskema għall-Assistenza Operazzjonali fi ħdan il-pjan ta’ riġenarazzjoni ekonomika.

Jipreżenta din l-għotja kien hemm is-Segretarju Parlamentari għall-Volontarjat Clifton Grima li stqarr kif din l-għotja hija prova ta’ kemm il-gvern jagħti importanza lil għaqdiet volontarji ta’ pajjiżna.

Is-Segretarju Parlamentari Grima stqarr, “Wara li aktar kmieni bħala gvern ħabbarna fond ta’ 3 miljun ewro li hu l-ikbar investiment dirett li qatt sar fis-settur tal-volontarjat illum qed naraw propju l-frott l-ħidma li fid-dar tal-providenza kullħadd jaf ix-xogħol siewi li tagħmel se tkun qed tibbenifika minn għotja ta’ aktar minn nofs miljun ewro.”

Il-membru tal-bord tad-Dar tal-Providenza, Jesmond Saliba spjega kif din l-għotja se tgħin lid-Dar tal-Providenza sabiex ittaffi l-ispejjeż tagħha marbutin mal-pagi tal-ħaddiema u anke tikkumpensa għan-nuqqas ta’ donazzjonijiet li rċievet fl-isfond tal-pandemija tal-COVID19.

Saliba sostna, “Din l-għotja ta’ ftit aktar min-nofs miljun ewro li ġiet mgħotija minn dan il-fond partikolari hija importanti u essenzjali sabiex nkunu nistgħu nagħtu l-ogħla kwalita ta’ servizz sabiex ir-residenti tad-dar tal-providenza jgħixu ħajjithom b’dinjita fid-dar tagħhom hawnhekk.”

Dan il-fond t’għajnuna għall-għaqdiet volontarji jinsab amministrat mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat.

Ic-Chairman tal-Kunsill għall-Volontarjat, Noel Camilleri tenna, “B’ħidma tal-kunsill kif ukoll b’intervent waqtu tas-Segretarju Parlamentari Dr. Clifton Grima, ġew maħruġa fondi propju biex jassistu lil impjegati li jaħdmu fis-settur tal-volontarjat.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *