Tindarab gravi waqt argument li seħħ fi stabbiliment tad-divertiment fin-Naxxar – One News

Notifiki

Tindarab gravi waqt argument li seħħ fi stabbiliment tad-divertiment fin-Naxxar

Spanjola ta’ 47 sena li tgħix is-Swieqi, ndarbet gravi waqt argument li nqala’ lbieraħ bejn numru ta’ persuni fi stabbiliment tad-divertiment fi Triq Tul il-Kosta, n-Naxxar.

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li l-argument seħħ bejn Spanjola ta’ 47 sena, Ħamruniż ta’ 30 sena, mara ta’ 28 sena li tgħix il-Ħamrun, mara ta’ 35 sena li toqgħod Ħal Tarxien, mara ta’ 25 sena li tgħix l-Marsa, mara ta’ 19-il sena li wkoll toqgħod il-Marsa, ġuvni ta’ 16-il sena li jgħix l-Marsa u raġel ta’ 24 sena li joqgħod l-Ħamrun.

Il-vittma ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura medika. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend