Magħrufa l-avversarji tat-timijiet Maltin fil-UEFA Ewropa League – One News

Notifiki

Magħrufa l-avversarji tat-timijiet Maltin fil-UEFA Ewropa League

Kmieni llum waranofsinhar, telgħu l-poloz tal-ewwel round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League għall-istaġun 2020/21.

Sirens F.C., li għal ewwel darba fl-storja ser ikunu qed jipparteċipaw f’kompetizzjoni Ewropea, ser jilagħbu kontra kontra CSKA Sofia tal-Bulgarija.
Valletta F.C. ser jilagħbu kontra Bala Town ta’ Wales u Hibernians FC se jilagħbu kontra Vaduz F.C .ta’ Liechtenstein.
Il-partiti se jintlagħbu il-Ħamis 27 ta’ Awwissu. Valletta se jkunu qed jilagħbu din il-logħba f’Malta filwaqt li l-Pawlisti u t-team minn San Pawl il-Baħar; Sirens se jilagħbu barra minn pajjiżna; jiġifieri fil-Bulgarija u f’Liechtenstein rispettivament.
Għall-ewwel darba fl-istorja ta’ din il-kompetizzjoni; minħabba r-restrizzjonijiet imposti bil-pandemija tal-Covid19, il-kwalifikazzjoni ser tkun fuq leg waħda u jekk ikun hemm il-bżonn jintlagħab il-ħin barrani u l-penalties. Min jirbaħ jikkwalifika għat-tieni round ta’ kwalifikazzjoni u bil-poloz għal dan ir-rawnd jitilgħu fil-31 ta’ Awwissu.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend