L-aħħar preparamenti qabel jiftaħ l-istaġun tal-lampuki – One News

Notifiki

L-aħħar preparamenti qabel jiftaħ l-istaġun tal-lampuki

Madwar 122 sajjied illejla kien għaddej bl-aħħar preparamenti qabel jiftaħ l-istaġun għall-lampuki fil-15 ta’ Awissu.

F’Marsaxlokk għal sena oħra reġgħu ġew imbierka d-dgħajjes tas-sajjieda u l-palm għall-kannizzati. Il-Gvern ukoll ta 15,000 palma b’xejn lis-sajjieda sabiex jiġu megħjuna fis-sajda tagħhom.

Waqt it-tberik twaddbu numru ta’ kuruni tar-rużarju fid-dgħajjes tas-sajjieda b’turija ta’ devozzjoni. Max-xatt ta’ Marsaxlokk ġiet iċċelebrata wkoll quddiesa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend