In-numru ta’ mwiet f’Bejrut ilaħħaq il-200 persuna – għexieren oħra għadhom mitlufa – One News

Notifiki

In-numru ta’ mwiet f’Bejrut ilaħħaq il-200 persuna – għexieren oħra għadhom mitlufa

In-numru ta’ peresuni mejta kawża tal-isplużjoni li saret f’Bejrut il-ġimgħa li għaddiet issa jgħodd mal-mitejn. Dan ikkonfermah il-Gvernatur tal-kapitali Lebaniża, Marwan Abboud, fejn saħansitra qal li għexieren għadhom neqsin, u li ħafna minnhom huma ħaddiema barranin.

Matul il-jum tal-Ħadd issoktaw il-protesti tant li l-vjolenza matul il-lejl ħraxet bil-pulizija spiċċaw f’taqtiegħa kontra d-demostranti biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

Il-protesti huma mistennija li jkomplu matul il-jum tat-Tnejn minkejja r-riżenji ta’ tliet membri tal-kabinett, inkluż il-Ministru għall-Ġustizzja.

Intant, il-Prim Ministru Lebaniż, Hassan Diab, se jkun qed ilaqqa’ l-kabinet aktar tard matul il-jum.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend