Il-proġetti tal-akkomodazzjoni soċjali f’pajjiżna fi stadju avvanzat – One News

Notifiki

Il-proġetti tal-akkomodazzjoni soċjali f’pajjiżna fi stadju avvanzat

It-tħammil u l-kostruzzjoni tal-appartamenti tal-akkomodazzjoni affordabbli madwar pajjiżna jinsabu fi stadju avvanzat ħafna. Hekk spjega James Camenzuli, il-Kap eżekuttiv ta’ Projects Plus li qed jieħdu ħsieb l-immaniġjar ta’ dawn il-proġetti.  B’investiment ta’ tmienja u ħamsin miljun ewro għaddejjin xogħol f’disa’ lokalitajiet differenti favur il-bini ta’ seba’ mija tmienja u sittin appartament, mitejn u sebgħin garaxx u tliet mija u ħamsin parkeġġ għall-karozzi.

Minn sittax-il sit ġdid ta’ akkomodazzjoni hija dik ta’ Ħal Luqa li issa tinsab fil-fażi ta’ sejħa għall-offerti biex wara wkoll jibda l-iskavar u l-kostruzzjoni tas-sit. Is-siti f’B’Kara, Ħ’Attard u t-tnejn f’Ħal Kirkop b’mod speċjali jinsabu fi stat avvanzat ħafna.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Projects Plus, James Camenzuli spjega: “L-istadju avvanzat ħafna, l-proġetti għaddejjin ġmielhom, l-eskavazzjoni ta’ kull sit hija lesta, il-kostruzzjoni miexja wkoll, is-siti l-kbar kważi l-kostruzzjoni lesta, sit kbir li ħierġa t-tender dalwaqt hija ta’ Ħal Luqa.”

Iċ-Chairman ta’ ‘Malita Investments’, Kenneth Farrugia stqarr li l-appartamenti ser ikunu aċċessibbli minn kulħadd u ta’ qisien differenti skont il-kobor tal-familja. Spjega li bħalissa hemm madwar tliet t’elef u tliett mitt applikazzjoni għall-akkomodazzjoni u għalhekk dawn is-siti se joffru saqaf lil bosta familji.

Il-Ministru għall-proġetti Kapitali, Ian Borg stqarr li dan il-proġett juri kif dan il-Gvern qed jibdel il-mod ta’ kif isiru l-affarijiet. Dan hekk kif qabel il-Gvern kien joħroġ il-kirja biss mal-privat iżda issa wara ħamsa u għoxrin sena dawn l-appartamenti ser jiġu parti mill-assi tal-Gvern biex bihom ikomplu jiġu mgħejjuna iktar nies.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *