Malta bl-anqas għadd u fost l-anqas inċidenzi fl-Ewropa – One News

Notifiki

Malta bl-anqas għadd u fost l-anqas inċidenzi fl-Ewropa

Malta għandha fost l-inqas inċidenzi tal-COVID-19 mill-pajjiżi kollha membri fl-Unjoni Ewropea. Dan ħareġ minn statistika tal-Għaqda Dinjija għas-Saħħa.

L-informazzjoni miġbura għal kull pajjiż skont l-għadd ta’ każi attivi, imwiet u rkupru fihom kull 100,000 tixhed li pajjiżna għadu fost l-aktar siguri, minkejja żidiet riċenti.

Il-gazzetta Kulħadd nnotat kif filwaqt li Malta għadha bl-inqas għadd ta’ każi tal-COVID-19 fl-Unjoni Ewropea kollha, skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, pajjiżna wkoll għandu fost l-inqas inċidenzi fejn il-każi jistgħu jinfirxu.

Huma biss San Marino, Monaco, Liechtenstein u l-Vatikan li qegħdin aħjar minna.

L-istess studji wrew li dan l-aħħar ġew irreġistrati żidiet fil-pajjiżi kollha membri tal-UE u mhux f’Malta biss.

Ir-Renju Unit bħalissa għandu t-tielet l-akbar għadd fil-lista sħiħa,  u mill-pajjiżi tal-UE, hi biss Spanja li issa qed tisboq lir-Renju Unit.

L-istess ċifri uffiċjali tal-WHO ipoġġu lil Malta mal-faxxa t’isfel fil-kejl tagħha l-Crude Cumulative Incidence, jiġifieri fir-rata ta’ probabbiltajiet li l-pandemija tinfirex abbażi tal-każi attivi, persuni mfejqin u l-għadd ta’ mwiet.

Bil-għan li kull pajjiż jitqies indaqs, il-kejl jittieħed ma’ kull 100,000 persuna. Malta tinsab eżatt fin-nofs fl-14-il post, iżda b’rata taħt il-medja, meqjus li t-13-il pajjiż agħar minna għandhom inċidenza li tasal sa sitt darbiet iktar minn tagħna. Agħar minna hemm ir-Renju Unit li għandu inċidenza li tlaħħaq kważi darbtejn u nofs ir-rata ta’ pajjiżna.

Il-Kulħadd innotat ukoll li kontra dak li jsostnu xi wħud huma biss ftit pajjiżi li mhux qed iħallu li jsiru attivitajiet tal-massa.

Dawn jinkludu lill-Ġermanja u l-Ġreċja, għalkemm fil-każ tal-Ġreċja attivitajiet relatati ma’ tiġijiet, magħmudiji u funerali huma aċċettati sal-ammont ta’ 100 persuna.

Fl-estrem l-ieħor hemm dawk bħall-Olanda fejn m’hemm l-ebda restrizzjoni, filwaqt li fi Franza attività tista’ sseħħ sakemm ma jkunx hemm aktar minn 5,000 persuna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *