Bejrut fuq nett tal-aġenda f’konferenza bejn mexxejja internazzjonali – One News

Notifiki

Bejrut fuq nett tal-aġenda f’konferenza bejn mexxejja internazzjonali

Mexxejja internazzjonali se jkunu qed jiddiskutu flimkien biex joħolqu fond għal Bejrut, dan wara l-isplużjoni kbira li ħalliet qerda warajha fil-belt kapitali Lebaniża.

Il-konferenza virtwali, li se tittella’ minn Franza u l-Istati Uniti, se ssir illum.

Il-President tal-Amerika, Donald Trump, qal kif hu se jkun qed jingħaqad mal-mexxejja l-oħrajn waqt il-konferenza.

S’issa jidher li l-isplużjoni ħolqot madwar 15-il biljun dollaru fi ħsarat. Madwar 160 persuna tilfu ħajjithom f’din l-isplużjoni, b’5,000 indarbu u madwar 300,000 spiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *