Akkużat li qabad il-partijiet privati ta’ tfajla – One News

Notifiki

Akkużat li qabad il-partijiet privati ta’ tfajla

Somalu ta’ 22 sena tressaq il-Qorti wara li l-Ġimgħa filgħaxija allegatament mess il-partijiet privati ta’ tfajla Franċiża u kkawżalha ġrieħi ħfief f’Paceville.

Iż-żagħżugħ inqabad biswit ristorant fl-inħawi u ġie arrestat mill-Pulizija tad-Distrett wara li pprova jaħrab bil-ġiri.

Quddiem il-Maġistrat Nadine Lia wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u nżamm arrestat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend