Żieda sostanzjali ta’ negozji attivi fl-2018 – One News

Notifiki

Żieda sostanzjali ta’ negozji attivi fl-2018

Stħarriġ tal-Uffiċċju Nazzjonali għall-Istatistika, l-NSO, jikkonferma li fl-2018 f’Malta kien hawn seba’ u ħamsin elf, seba’ mija, disgħa u tletin (54,739) negozju attiv. Dan iffiser żieda ta’ disgħa punt wieħed (9.1) fil-mija fuq is-sena ta’ qabel.

Meta mqabbla mal-elfejn u sbatax, fl-elfejn u tmintax, negozji kbar li jimpjegaw aktar minn mitejn u ħamsin persuna żdiedu bi tlettax punt sitta fil-mija (13.6), filwaqt li negozji msejjħa micro żdiedu b’disgħa punt erbgħa (9.4) fil-mija, negozji medji żdiedu b’ħamsa punt tlieta (5.3) fil-mija u negozji żgħar żdiedu erba’ punt tnejn (4.2) fil-mija.

Għoxrin punt wieħed (20.1) fil-mija tan-negozji attivi fl-elfejn u tmintax huma relatati ma’ forniment ta’ servizz bl-ingrossa u bl-imnut u dawk tat-tiswija tal-karozzi u muturi. Tnax punt disgħa (12.9) fil-mija tan-negozji attivi jagħtu servizzi professjonali, xjentifiċi u tekniċi filwaqt li disgħa punt disgħa (9.9) fil-mija jispeċċjalizzaw fil-kostruzzjoni.

Reġistrazzjonijiet ġodda ta’ negozji attivi żdiedu b’ħamsa u tletin punt tlieta fil-mija (35.3) u Malta rat żieda wkoll fost in-numru ta’ dawk li jħaddmu.

Fl-2018 f’Malta kien hawn żieda ta’ disgħa punt tmienja (9.8) fil-mija fost il-komunità ta’ min iħaddem li hija ekwivalenti għal sbatax -il elf, mija u tnejn u tletin (17,132) persuna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend