Stat ta’ emerġenza fil-Mauritius – One News

Notifiki

Stat ta’ emerġenza fil-Mauritius

Il-gżira ta’ Mauritius iddikjaraw stat ta’ emerġenza wara li beda ħiereġ iż-żejt minn bastiment li kien ħabat mal-qiegħ ftit ‘il barra mill-kosta.

Il-bastiment ‘MV Wakashio’ ħabat mal-qiegħ ftit il-bogħod mill-gżira fil-25 ta’ Lulju u l-ekwipaġġ kien evakwat minnufih.

Il-Prim Ministru Pravind Jugnauth ħabbar stat ta’ emerġenza il-Ġimgħa, filwaqt li appella lill-President Franċiż Emannuel Macron, għall-għajnuna minħabba li l-Gżira m’għandiex l-abbilità u r-riżorsi li tneħħi l-vapur maħbut.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend