Pruvaw jaħarbu b’dokumenti mhux tagħhom – One News

Notifiki

Pruvaw jaħarbu b’dokumenti mhux tagħhom

Andom Tiswa Silati ta’ ħamsa u tletin sena, Lawru Adam ta’ tmintax-il sena u Natum Obahannes ta’ sittax-il sena, ilkoll mill-Eritrea, intbagħtu sentejn ħabs wara li ppreżentaw dokumenti ta’ rejuġjati oħra fl-Ajruport. Il-każ seħħ il-Ġimgħa li għadda.

Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Hubert Gereda qalet li l-akkużat ta’ sittax-il sena wasal f’pajjiżna fis-sbatax ta’ Lulju, u għaxart’ijiem wara ħarab miċ-ċentru tal-Marsa u pprova jaħrab minn Malta fil-ħamsa t’Awwissu.

It-tliet imputati wieġbu ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend