Malta toffri li tospita l-EuroPride 2023 – One News

Notifiki

Malta toffri li tospita l-EuroPride 2023

Malta offriet biex tospita l-EuroPride fl-2023 u flimkien ma’ Rotterdam u Belfast tinsab fl-aħħar fażi ta’ dan il-proċess. Europride huwa l-akbar avveniment Ewropew li jiġi organizzat minn u għall-komunità LGBTIQ+, u kull sena jiġbed viżitaturi minn madwar id-dinja.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza Rosianne Cutajar qalet li matul l-aħħar ħmistax-il sena, grazzi għall-isforzi tas-soċjetà ċivili u l-appoġġ mill-gvern u mis-settur privat, il-Pride March annwali trasforma minn laqgħa żgħira għal waħda mill-akbar avvenimenti LGBTIQ+ iċċelebrati f’Malta.

Is-Segretarju Parlamentari Cutajar qalet: “Avveniment kbir li jattira lejh għexieren ta’ eluf ta’ turisti madwar id-dinja. Il-Gvern jappoġġja bi sħiħ dan l-avveniment u kien propju dan il-Gvern li tul l-aħħar snin ħadem biex ipoġġi fuq quddiem nett id-drittijiet tal-persuni LGBTIQ, għaliex kulħadd huwa ugwali.”

L-għaqda Allied Rainbow Communities, l-ARC, qalet li l-komunità Maltija LGBTIQ+ hija kburija li tagħmel parti mill-moviment LGBTIQ+ Ewropew, u li anke bil-klassifika ta’ Malta fil-quċċata tal-indiċi ILGA Europe, huwa dmir tal-pajjiż li jibqa’ jaħdem għal ugwaljanza sħiħa.

Din il-ħidma biex Malta tkun tista’ tpoġġi isimha bħala s-sit tal-avveniment għal tliet snin oħra, saret ukoll mal-Malta Gay Rights Movement l-MGRM, LGBTI+ Gozo, Drachma u d-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend