Ajruplan tal-Air India jiġġarraf f’Kerala fl-Indja – One News

Notifiki

Ajruplan tal-Air India jiġġarraf f’Kerala fl-Indja

Ajruplan tal-għamla Boeing 737, tal-‘Air India’ ġġarraf fl-istat ta’ Kerala waqt li kien f’titjira minn Dubai. L-ajruplan kellu 190 persuna abbord u uffiċjali qalu li mill-inqas 17-il persuna tilfu ħajjithom f’dan l-inċident.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-19:40, ħin lokali, waqt it-tieni attentat biex l-ajruplan jitniżżel fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Calicut. L-ewwel attentat ma kienx suċċess hekk kif f’Kerala it-temp ma kienx favorevoli.

Dawk abbord kienu qed jiġu ripatrijati lura lejn l-Indja wara li kienu nqabdu barra l-pajjiż f’nofs il-pandemija tal-Coronavirus. Hekk kif intemmet l-operazzjoni ta’ salvataġġ, dawk midruba ttieħdu fi sptarijiet f’Calicut u Malappuram.

15 –il persuna sfaw midruba serjament filwaqt li oħrajn sofrew ġrieħi ħfief.

L-‘Air India Express’ qalet ukoll li tnejn mill-vittmi huma iż-żewġ piloti li kienu qed itajru l-ajruplan.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *