Operazzjoni ta’ salvtaġġ għal raġel li sab ruħu f’diffikultà taħt l-irdum ta’ San Luċjan – One News

Notifiki

Operazzjoni ta’ salvtaġġ għal raġel li sab ruħu f’diffikultà taħt l-irdum ta’ San Luċjan

Raġel ta’ 36 sena min-Nepal isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ minn żewġ sulari ħdejn l-irdum ta’ San Luċjan f’Marsaxlokk.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8:30am meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm persuna li kellha bżonn l-assistenza.

Membri tal-Protezzjoni Ċivili kienu msejħa fuq il-post sabiex itellgħu lir-raġel, minħabba li fejn kien jinsab ma setax jintlaħaq mill-paramediċi.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura fejn hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend