Delia jerġa’ jsostni li ma tilifx mal-kunsilliera – One News

Notifiki

Delia jerġa’ jsostni li ma tilifx mal-kunsilliera

Adrian Delia tenna li ma kienx sfiduċjat is-Sibt li għadda meta l-kunsilliera Nazzjonalisti għażlu li jmorru għal tellieqa oħra għal Kap Nazzjonalista.

Hu qal, “Il-vot tal-Kunsill ma narahx bħala vot ta’ sfiduċja li ma kienx, assolutament ma kienx.”

Fil-programm ta Saviour Balzan fuq l-istazzjon Nazzjonali Adrian Delia attakka kemm felaħ lil fazzjoni Busuttil u akkużahom li jridu jaħkmu l-partit nazzjonalista mill-ġdid.

“Jien ma xtaqtx li jkunu l-ftit li jiddeterminaw min hu l-kap tal-Partit. Mela qed niltaqgħu qisu konklavi tal-vatikan ngħidu dak tajjeb dak naħdmu dak ma naħdmux. Allura nista’ biddilna l-istatut wara 45 sena u għidna l-kap tal-partit jagħżluh il-membri parlamentari.” Kompla jgħid Delia.

Akkużahom b’ politika tal-mibgħeda

Delia qal, “Hawn min il-politika jġiba personali tal-mibgħeda tal-kattiverija.”

Meta mistoqsi dwar il-fatt li wara li ġie sfiduċjat erba’ darbiet issa jidher li hemm nofs il-partit kontrih, Delia wieġeb li huma t-tesserati li għandhom l-aħħar kelma.

Hu qal, “M’hemmx nofs partit dak iridu jidditerminawh it-tesserati jekk inti għandek nofs il-grupp parlamentari kontra ma jfissirx nofs il-partit.”

Dwar Jason Azzopardi li għamel sensiela ta’ allegazzjonijiet fuqu, Delia qal li dan qabeż kull linja u mhux se jkun hemm post għalih jekk jerġa jkun elett Kap.

“Dan qabeż il-line għax xerred messaġġi foloz giddieba u nġurjużi…Ċertament mhux postu f’partit li Adrian Delia imexxi.” Saħaq Delia.

Tkellem fuq it-tradiment.

Sostna, “Partit li jikber fuq it-tradiment tal-leader tiegħu stess m’għandux ħafna ħajja.”

Kompla jgħid li l-fazzjoni Busuttil ttrasformat lill-partit f’kult.

Delia qal, “Ħa niġu kult ta’ ftit nies li hu solidified fil-kreddu tagħhom fejn dak li jaħsbuha huma huwa tajjeb il-bqija kulħadd ħażin.”

Il-kap preżenti qal li jekk ikun għadu kap wara t-tellieqa, se jara li l-PN ikun meħlus minn dik li sejjaħ il-ħakma tal-ftit.

“Ikollna l-PN li jkun infatam mill-ħakma tal-ftit u verament ġie finalment konfermat partit tan-nies.” Temm jgħid Delia.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend