Koppja tinżamm arrestata wara li l-mara kellha miljun ewro fil-kont tagħha – One News

Notifiki

Koppja tinżamm arrestata wara li l-mara kellha miljun ewro fil-kont tagħha

Amanda Farrugia ta’ 33 sena u l-għarus tagħha Terence Cini ta’ 34 sena minn Ħal Qormi nżammu arrestati wara li tressqu l-qorti fuq akkużi ta’ ħasil ta’ flus. Terence Cini għandu każijiet pendenti fuq droga. Minn investigazzjoni li għamlet l-pulizija sabet li fil-kont bankarju tal-mara hemm miljun ewro.

Terence Cini ġie akkużat ukoll li fil-pussess tiegħu kellu arma mingħajr liċenzja u li kiser il-kundizzjonijiet b’rabta mal-ħelsien mill-arrest.

Il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace ordnat sabiex iż-żewġ akkużati jibqgħu jinżammu arrestati.

Għall-akkużati dehru l-avukati Franco Debono u Amadeus Cachia.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend