Imniedi tour virtwali tal-Katidral Anglikan ta’ San Pawl – One News

Notifiki

Imniedi tour virtwali tal-Katidral Anglikan ta’ San Pawl

Mil-lum turisti u anke Maltin li jitħajru jżuru u josservaw il-meravilji li jinkludi fi ħdanu l-Katidral ta’ San Pawl fil-Belt Valletta, jistgħu jagħmlu dan mill-kumdita ta’ darhom.

Dan hekk kif ġie inawgurat uffiċjalment proġett ta’ tour virtwali fl-istess Katidral Anglikan u li huwa mgħejjun mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.

It-tour ta’ dan il-katidral b’mod virtwali jista’ jsir permezz ta’ 12-il filmat qasir li jinsabu fuq il-website uffiċjali tal-Katidral.

Kull wieħed minn dawn il-videos huwa spjegat bl-Ingliż daqs li kieku għandek gwida miegħek.

Il-kanonku Simon Godfrey qal kif il-Pro-Katidral Anglikan ta’ San Pawl jifforma parti intrinsika mill-wirt kulturali ta’ Malta.

Huwa stqarr: “We are very hopeful that the new app will be popular amongst visitors as well as our locals and apart from that we are also trying to welcome new welcomers to recruit some people.”

Min-naħa tagħha l-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli spjegat kif dan il-katidral huwa binja ikonika oħra fil-Belt Kapitali li kull sena jżuruha madwar 30,000 turist.

Il-Ministru Farrugia Portelli sostniet: “Il-Katidral ta’ San Pawl huwa wieħed mill-ikoni ewlenin fil-Belt Kapitali Maltija. L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li investiet f’dan il-proġett biex it-turist jkollu esperjenza virtwali li hija aħjar kemm jekk se jżurha fiżikament jekk ikun qed isegwi jekk ikun qiegħed lil hinn minn xtutna.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend