Il-PM jilqa’ l-imsieħba soċjali f’Kastilja biex jiddiskutu s-sitwazzjoni tal-imxija – One News

Notifiki

Il-PM jilqa’ l-imsieħba soċjali f’Kastilja biex jiddiskutu s-sitwazzjoni tal-imxija

Il-Prim Ministru Robert Abela laqa’ l-membri tal-Kunsill Għall-Iżvilupp Ekonomiku u soċjali l-MCESD dwar is-sitwazzjoni attwali tal-Covid 19.

Hawn il-Prim Ministru qal li dawk kollha preżenti għal-laqgħa jridu jipproteġu ħajjiet tal-Maltin u l-Għawdxin. Qal ukoll li l-poplu jrid direzzjoni ċara f’din is-sitwazzjoni.

Din, qal il-Prim Ministru, hija sitwazzjoni li d-dinja qatt qabel ma rat bħalha. Huwa qal li s-suċċess ta’ Malta fil-pandemija hija mertu tal-frontliners kollha.

Il-Prim Ministru qal li s-saħħa u l-ekonomija jridu jimxu id f’id fis-sitwazzjoni, anke kif issa n-numru ta’ każijiet pożittivi żdiedu Fl-aħħar jiem.

Qal ukoll li l-agħar ħaġa li wieħed jista’ jagħmel f’din is-sitwazzjoni hi li ma jismax il-karba tal-poplu. Semma kif il-fatt li tħassru xi attivitajiet tal-massa, ifisser li Malta tilfet mal-€25 miljun li setgħu ġew investiti fis-servizzi tas-saħħa.

L-għan ta’ din il-laqgħa qal il-Prim Ministru, hu li jintlaħaq kompromess sostenibbli, u biex ikun hemm qbil dwar direzzjoni ċara għall-pajjiż għall-ġimgħat li ġejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *